Pietro Ghedin ikkonfermat bħala l-coach tat-tim Nazzjonali Malti tal-futbol

Monday, April 30, 2012, 18:23

minn Cristian Muscat u Catherine Micallef.

Pietro Ghedin jieħu t-tmun tat-tim nazzjonali nhar il-Ħamis

Ghedin se jiġi Malta l-Ħamis li ġej it-3 ta’ Mejju u se jibda uffiċjalment il-pożizzjoni tiegħu bħala coach tat-tim Nazzjonali Malt Fi ftit xhur oħra, it-tim Nazzjonali Malti se jkun impenjat fil-logħob ta’ ħbiberija barra minn xtutna fil-Lussemburgu fit- 2 ta’ Ġunju u kontra San Marino fl-14 t’Awwissu. Www.sportinmalta.com jawgura kull suċċess lil dan il-coach u li jkollu perjodu fejn kulħadd itih il-backing li ħaqqu.

 

 

L-MFPA tingħata rikonoxximent mill-FIF PRO

Il-Malta Football Players Association applikat biex tidħol membru tal-FIF PRO – it-talba li gġiet imressqa quddiem l-MFA inbidlet – qed tintalab biss talba li jiġu rikonoxxuti mill-MFA bħala assoċjazzjoni li titkellem biss favur il-plejers . Il-fatt li qegħdin  fil-FIF PRO żżid ir-rikonoxximent ta’ din l-għaqda minħabba l-fatt li l-FIF PRO hija rikonoxxuta minħabba diversi organizzazzjonijiet mondjali importanti fosthom  il-FIFA nnifisha.

 

L-MFA toħroġ akkuża kontra Potezica

Il-kumitat eżekuttiv tal-MFA iddeċieda li għandha tinħareg akkuża kontra Marco Potezica wara li ftit tal-ġimgħat ilu dan għadda kummenti kontra Kurt Maxi Magro u ftit tal-jiem wara wettaq dak li kien se jipprevedi li jagħmel fuq il-facebook. Il-President tal-MFA saħaq li l-facebook qed joħloq ħafna problemi u sostna li kulħadd għandu jieħu responsabbilta’ ta’ għemilu.

 





Leave a comment