26 ta’ April-FXDD Futsal Knockout Final-Balzan vs Hibernians

Tuesday, April 23, 2013, 13:21

minn Andre’ Xuereb

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ April fit-8pm fil-Padilljun ta’ Kordin Hibernians u Balzan jaffrontaw lil xulxin lil Finali tal-FXDD Kompetizzjoni Knockout.Fl-opinjoni tiegħi m’hemm l-ebda differenza bejn iż-żewġ timijiet meqjusin it-Top 2 tal-Futsal Malti.

Biex waslu sal-Finali Hibernians għelbu lit-tim ta’ Żurrieq 8-0 , lil Swieqi United 11-1 ,6-4 lil Tarxien Rainbows fil-Kwarti Finali u 6-0 lil Floriana fis-Semi Finali

Balzan minn naħa l-oħra għelbu lil Zejtun C 3-2 , lil Melita 9-6 , lil Lija A fil- Kwarti Finali 8-7 u l-Ħamrun S 8-0 fis-Semi Finali

Fiż-żewġ okkażjonijiet li intaqaw fil-Kampjonat Balzan u Hibernians ġew draw fiż-żewġ okkażżjonijiet 6-6 f’Ottubru u 3-3 fi Frar.





Leave a comment