Diane Borg u William Chetcuti Sportiva u Sportiv tas-Sena 2011

Saturday, January 21, 2012, 23:15

Diane Borg u William Chetcuti rebħu l-unuri prinċipali fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-IsportMalta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali li saru fl-MFCC is-Sibt filgħaxija.

L-unuri prinċipali tal-għażliet tradizzjonali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kienu t-Team Nazzjonali tar-Rugby fil-kategorija tat-team tas-sena, Julian Pace Bonellu fil-kategorija uffiċjal tas-sena u Nathan Lee Xuereb fil-kategorija atleta Żagħżugħ tas-sena.

Ir-riżultati uffiċjali ta’ din is-sena huma is-segwenti:

Għażliet Sportivi Nazzjonali 2011 – Votazzjoni Finali.

L-Isportiv tas-Sena – Trofew b’Tifkira Benny Pace

Camilleri Steve Waterpolo [ 165 ] It-Tieni

Chetcuti William Sparar [ 250 ] REBBIEĦ

Deguara Brad Hindle Squash [ 144 ] It-Tielet

Moore Kevin Atletika [ 129 ]

Seywell Jeremy Judo [ 107 ]

 

L-Isportiva tas-Sena

Abela Sue Ten-pin Bowling [ 148 ] It-Tielet

Bonello Spiteri Danica Triathlon [ 153 ] It-Tieni

Borg Diane Atletika [ 215 ] REBBIEĦA

Camilleri Rebecca Atletika [ 132 ]

Desira Diane Squash [ 147 ]

 

It-Tim tas-Sena

Atletika – Tim Relay 4 X 100 m – Nisa’ [ 139 ]

Ibburdjar – Artie Crew – Rolex Middle Sea Race [ 151 ]

Rugby – Tim Nazzjonali – Irgiel [ 181 ] REBBIEĦA

Squash – Tim Nazzjonali – Irgiel [ 168 ] It-Tieni

Squash – Tim Nazzjonali – Nisa [ 159 ] It-Tielet

 

L-Uffiċjal tas-Sena

Bugeja Jimmy Sparar [ 161 ] It-Tielet

Buhagiar Dione Archery [ 105 ]

Caruana Jesmond Weightlifting [ 133 ]

Neil Damian Rugby [ 165 ] It-Tieni

Pace Bonello Julian Ten-pin Bowling [ 231 ] REBBIEĦ

 

L-Atleta Żagħżugħ sa 17- il sena – Trofew J.Debattista

Gatt Nicole Atletika / Weightlifting [ 181 ] It-Tieni

Muscat Nicole Għawm [ 141 ]

Pulis Rodmar Weightlifting [ 116 ]

Sultana Colette Squash [ 153 ] It-Tielet

Xuereb Nathan Lee Sparar [ 188 ] REBBIEĦ

 

Fis-serata ingħata r-rikonoxximent għall-karriera fil-ġurnaliżmu u dan ingħata lil Manuel Gauci ex editur tal-Isports ta’ In-Nazzjon. L-Award għall attivita’ internazzjonali tas-sena organizzata f’pajjiżna fl-2011 ġiet magħżula l-European Judo Championships – Cadets organizzati mill-Malta Judo Federation.

Ir-Rikonixximent lil atleti b’dizabilita’ ingħata lil Mark Zammit Cutajar, Steven Fenech u Mandy Ghio.

Diane Borg waqt it-taħriġ





Leave a comment