Żewg turnaments mill-Malta Billiards & Snooker Association

Wednesday, December 26, 2018, 14:22

Il-Malta Billiards & Snooker Association sa tibda is-sena 2019 b’żewġ turnaments internazzjonali li sa jsiru ġewwa The Otto Club ( ex-Peace Club) in-Naxxar.

L-ewwel turnament sa jkun il-Euorpean Under 17 Snooker Open li sa jibda is-Sibt 5 ta’ Jannar  bil-finali tkun is-Sibt 12 ta’ Jannar , li fih sa jippertecipaw plejers mill-Ingilterra, Wales, Skozja u Malta bil-prize money għal dan it-turnament sa jkun ta’ €1000.
It-tieni turnament li sa jintlagħab fl-istess post sa jkun l-Attrans Malta Open li jibda il-Ħadd 13 ta’Jannar sas-Sibt 19 ta’Jannar u li fih sa jippertecipaw numru kbir ta’ plejers Maltin flimkien ma’ oħrajn mill-Ingilterra u Franza. Il-prize money ta’ dan it-turnament sa jkun ta’ €4000.




Leave a comment