- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

2 deheb, 1 fidda u 2 bronż għal pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran tal-Bowling

Posted By Sportinmalta On April 4, 2017 @ 4:03 pm In Featured,Other,Ten Pin Bowling | No Comments

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jifraħ lit-team tal-bowling li rrapreżenta lil pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran li sar fis-Slovenja, għar-rebħ ta’ żewġ midalji tad-deheb, waħda tal-fidda, u tnejn tal-bronż.

Fil-fatt kienet Sue Abela li rebħet l-akbar ammont ta’ midalji mill-kontinġent Malti. Hija rebħet deheb fis-singles femminili, fidda fil-masters femminili, u bronż fl-all events. Minbarra hekk, rebħet ukoll midalja tad-deheb fid-doubles femminili flimkien maż-żagħżugħa Sara Xuereb. Mark Spiteri rebaħ midalja tal-bronż fil-masters maskili.

Dan is-suċċess wasal ftit jiem biss wara suċċess ieħor għall-isport tal-bowling, hekk kif Malta rebħet 3 midalji tad-deheb u 6 tal-bronż fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar tal-Bowling.

Team A


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/2-deheb-1-fidda-u-2-bronz-ghal-pajjizna-fil-loghob-tal-mediterran-tal-bowling-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.