19-il persuna jtemmu b’suċċess kors ta’ referee u judges fl‑isparar

Sunday, January 29, 2017, 21:42

Gavin Muscat

Illum ġie fi tmiemu kors ta’ jumejn li jiċċertifika lill‑parteċipanti bħala judges u referees fil‑kompetizzjonijiet internazzjonali tal‑Isparar fl‑erba’ dixxiplini: shotgun, trap, double trap u skeet.  Il‑kors sar mill‑Malta Shooting Sport Federation taħt il‑patroċinju tal‑ISSF u bil‑kollaborazzjoni ta’ SportMalta.  Kienu 19‑il parteċipant, li fosthom hemm żewġ nisa, li temmew b’suċċess dan il‑kors li qed iservi wkoll ta’ preparazzjoni għall‑Malta World Cup li ser issir fl‑2018.  Il‑kors, li sar fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, sar mill‑Ingliż Barry Dobbs u l‑Ġermaniż Bodo Gisske li kellhom kliem ta’ tifħir għall‑parteċipanti Maltin.  Huma kkumentaw li l‑parteċipazzjoni tal‑Maltin mhux biss kienet waħda tajba imma kienu impressjonati bl‑ammont għoli ta’ marki li huma ġabu.

Is‑Segretarju Parlamentari għar‑Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius preżenta ċ‑ċertifikati lill‑parteċipanti.





Leave a comment