19 -il entità sportiva jibbenefikaw minn skemi diversi ta’ fondi tal-KMS

Thursday, August 13, 2015, 16:40

Gavin Muscat

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, L-INNOVAZZJONI,IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-ISPORT

Kienu 19 -il għaqda / atleti individwali li bbenefikaw minn skemi ta’ assistenza tal-Kunsill Malti
għall-Isport. Dawn l-għaqdiet applikaw u kienu eliġibbli biex jibbenefikaw minn fondi taħt diversi
skemi fosthom:

  1. Skemi li jkopru n-nefqa kapitali,
  2. Għotja għal xiri ta’ tagħmir tekniku,
  3. Skema għall-investiment fil-faċilità
  4. Skema għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni internazzjonali
  5. Turiżmu sportiv
  6. Skemi intenzjonati għall-iżvilupp tal-atleti

Waqt id-diskors tiegħu tal-okkażjoni s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ
u l-Isport Chris Agius aċċenna għall-fatt li kull atleta, assoċjazzjoni jew federazzjoni
teħtieġ fondi sabiex tibqa’ sostenibbli. Huwa saħaq li għalhekk is-Segretarjat bl-għajnuna tal-KMS
qed jaħdem sabiex fil-futur qarib tinbidel il-liġi u l-klabbs ikunu jistgħu jużaw l-art tagħhom u jiftħu
negozju sabiex l-introjtu jgħin lill-klabb innifsu.





Leave a comment