- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

1,600 Żagħżugħ u Żagħżugħa jieħdu sehem fi programmi tal-Unjoni Ewropea

Posted By Sportinmalta On December 13, 2013 @ 4:15 pm In Featured,Other | No Comments

Madwar 1,600 żagħżugħ u żagħżugħa u 92 adult ħadu sehem fi programmi tal-Unjoni Ewropea Youth in Action  Life Long Learning.

 

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, waqt ċerimonja tal-għoti ta’ premijiet li ppremjat il-prattiċi tajba ta’ għaqdiet, organizzazzjonijiet u individwi li ħadu sehem f’dawn il-programmi f’dawn l-aħħar 6 snin. Din iċ-ċerimonja li saret biex dawn l-għaqdiet jingħataw għarfien għall-isforz tagħhom, kienet organizzata mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea.

 

Dr Buontempo qal li l-edukazzjoni hija l-bażi tal-iżvilupp individwali, soċjali, u ekonomiku u l-garanzija għaż-żgħażagħ tirrifletti dan it-twemmin. Il-Gvern irid li  jkollna sistema edukattiva inklussiva u edukaturi motivati,  li tipprepara lil uliedna bl-aħjar mod biex ikunu preparati ħalli jiffaċjaw l-isfidi li toffri d-dinja tal-lum.

 

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li l-għan ewlieni ta’ dan il-Gvern fil-qasam tal-edukazzjoni, huwa li aktar żgħażagħ ikomplu jistudjaw b’suċċess.Huwa qal li flimkien ma’ entitajiet bħall-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, ser inkunu qed niffukaw biex inħajjru aktar żgħażagħ jitħarrġu f’suġġetti tal-matematika u x-xjenza. Jekk irridu żvilupp sostenibbli u impiegi ta’ valur miżjud għoli, hemm il-ħtieġa li jkollna aktar studenti li jistudjaw suġġetti xjentifiki, kompla jgħid Dr Buontempo.

 

Huwa ħeġġeġ biex aktar żgħażagħ jieħdu sehem fi programmi bħal dawn ħalli jkunu jistgħu jaqsamu l-esperjenza tagħhom ma’ persuni oħra barra minn xtutna.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/1600-zaghzugh-u-zaghzugha-jiehdu-sehem-fi-programmi-tal-unjoni-ewropea/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.