- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

16-il atleta Malti jipparteċipaw fil-Logħob Nazzjonali ta’ Special Olympics f’Ċipru

Posted By Sportinmalta On April 12, 2016 @ 9:46 pm In Featured,General | No Comments

Gavin Muscat

F’isem il-Gvern, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana tixtieq tawgura lit-tim Malti ta’ Special Olympics Malta li qiegħed jipparteċipa fil-logħob nazzjonali f’Ċipru.

Dan huwa eżempju ċar ta’ kif il-persuni b’diżabilità qegħdin ikunu attivi u jagħmlu unur lill-Malta bħala pajjiż meta jipparteċipaw f’dawn il-logħob u meta jiksbu riżultati tajbin barra minn pajjiżna. Madwar 16-il atleta minn Malta ser ikunu qegħdin jikkompetu fid-dixxiplini tal-għawm, tal-atletika u taċ-ċikliżmu.

Hija tifraħ ukoll għall-fatt li fost l-atleti hemm atleta mill-gżira Għawdxija, li turi bil-fatti is-suċċess tal-operat ta’ Special Olympics Gozo.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/16-il-atleta-malti-jippartecipaw-fil-loghob-nazzjonali-ta-special-olympics-fcipru/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.