Laqgħa bejn l-MFA u l-plejers tan-Nazzjonal

Monday, February 21, 2011, 6:00

Il-programm sportiv Kontrattakk tal-lbieraħ il-Ħadd 20 ta’  Frar irrapporta dan li ġej waqt ir-rokna popolari X’Qed Jinħema. 

 Laqgħa bejn il-plejers u Darmanin Demajo

Illum it-Tnejn 21 ta’ Frar, mistennija ssir laqgħa bejn il-plejers tat-tim Nazzjonali u l-ogħla uffiċjali tal-MFA fosthom Bjorn Vassallo u Norman Darmanin Demajo dwar is-sitwazzjoni preżenti fi ħdan it-tim nazzjnali Malti hekk kif il-plejers riċentement ġew infurmati li mhux se jibqa’ jingħatalhom it-training allowance li kienu jieħdu għat-taħriġmat-tim nazzjonali. Jidher li f’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm rabja kbira qalb il-plejers wara li huma ġew infurmati b’din id-deċiżjoni. Informazzjoni konkreta li waslitilna din il-ġimgħa hi li l-plejers qabdu wieħed minn sħabhom sabiex jikte ittra indirizzata lil Vassallo sabiex tkun tista’  terġa’ tiġi diskussa din id-deċiżjoni. L-isem tal-plejer li kiteb din l-ittra m’aħniex se niżvelawh minħaba s-sensitivita tal-każ.

Joe Fenech għadu fil-Kumitat ta’ Ħamrun S.

Wara li l-ġimgħa l-oħra ħabbarna storja li Joe Fenech kien irriżenja mill-kumitat ta’ Ħamrun S, ġejna kkuntattjati mill-istess persuna fejn filwaqt li kkonferma li kien hemm forma ta’  diżgwid fi ħdan il-kumitat ta’ Ħamrun, hu xorta waħda se jibqa’ fil-kumitat. Joe Fenech li huwa magħruf għall-kapaċitajiet amministrattivi tiegħu, iddeċieda li għall-ġid tal-klabb, se jibqa’ fil-Kumitat u li se jħalli l-inċident li seħħ warajh għall-ġid tal-funzjoni tal-kumitat ta’ Ħamrun S. Jidher li anki l-President ta’  Ħamrun, Daniel Sullivan, għamel ħiltu kollha biex jikkonvinċi lil Joe Fenech biex jibqa’ jagħti kontribut fil-kumitat.

Sigurta` stretta fil-VIP tal-Ewwel Diviżjoni

Wara li l-ġimgħa l-oħra dan il-programm f’din ir-rubrika X’Qed Jinħema żvela permezz tal-fatti li l-ex-plajer u ex-coach ta’  Lija A, Ilir Pelinku kien qed jitħalla jidħol  fil-VIP Area iex jara l-logħbiet tal-Ewwel Diviżjoni, lbieraħ stajna ninnutaw sigurta stretta fl-istess grawnd sabiex ikunu identifikati n-nies kollha li kienu qegħdin jippruvaw jidħlu fil-VIP. Jidher illi l-MFA ħadet azzjoni u ċċirkolat memo lill-grounds managers sabiex joqogħdu attenti lil min idaħħlu fil-VIP. Jidher imma li jekk Pelinku jħallas biex imur jara l-logħbiet man-nies, dan għandu d-dritt li jidħol minkejja li d-deċiżjoni tal-MFA tas-sena l-oħra sabitu ħati ta’  attentat ta’  korruzzjoni u ssospendietu minn kull attivita tal-futbol.





Leave a comment