100 jum għar-Rolex Middle Sea Race u jkompli jikber in-numru ta’ reġistrazzjonijiet

Wednesday, July 17, 2019, 11:51

Ir-Rolex Middle Sea Race għal darb’oħra tkompli turi il-popolarita tagħha meta 58 jott minn 17-il pajjiż s’issa rreġistraw għall-edizzjoni tal-2019. Huwa mifhum ukoll, li għalkemm għadhom ma rreġistrawx, numru ta’ jottijiet ser jingħaqdu mal-flotta f’Ottubru. B’data ta’ skadenza fis-27 ta’ Settembru 2019, dawn il-kompetituri prospettivi għandhom biżżejjed ħin biex itemmu l-formalitajiet. L-40 ħruġ ta’ din it-tellieqa klassika ta’ 606 mil nawtiku offshore, tibda nhar is-Sibt, id-19 ta ’Ottubru, u mistennija li tkun ser tkun mgħamula minn flotta tradizzjonali, diversa u internazzjonali.

It-tellieqa ta’din is-sena tidher li tista’ tkun immarkata b’numru ta’ tnedijiet ġodda li ser jkunu qedin jagħmlu d-debutt tagħhom fit-tellieqa. Erba jottijiet sal-lum se jitniedu fl-2019, qabel ir-Rolex Middle Sea Race. Il-jott ta’ 12.7m (42 pied) Alemaro (GER) li ser jkun misjuq minn Roman Puchtev, ġie ddisinjat minn Ceccarelli Yacht Design.  In-Neo 400+ huwa kostruzzjoni sħiħa tal-karbonju u żvilupp tan-Neo 400, li mudell bħalu rebaħ l-IRC 3 fir-Rolex Middle Sea Race tal-2014. Il-jott ta’ 11.9m (39-pied) Blackfish (BEL) ġie mdaħħal minn Peter Luyckx u qiegħed jikkompeti fid-diviżjoni tad-Double Handed. Mibnija minn Bente Yachts, li ġiet imwaqqfa minn Alexander Vrolijk – it-tifel ta ‘Rolf Vrolijk u li hu perit navali wkoll, dan huwa ddisinnjat għad-tbaħħir fl-oċean u li jieħu ispirazzjoni mill-klassijiet IMOCA 60s u Class 40s. Il-jott 10.34m (34 pied) Jeanne (FRA) hija JPK10.30 imdaħħla minn Laurent Camprubi. Camprubi huwa baħri, li jikkompeti regolarment f’tlielaq qosra, u kien ir-rebbieħ tar-Rolex Giraglia fl-2013. Finalment, hemm il-jott ta’ 9.82m (32 pied) Skymy (pronunzjata ‘skimmi’), li hu tal-karbonju KM32fc u li hu mibni ġewwa Brittany, fi Franza.

Filwaqt li dejjem jkun hemm jottijiet li jagħmlu d-debutt tagħhom, hemm ħafna iktar li jkomplu jirritornaw. B’aktar minn għaxar snin ta’ esperjenza f’din il-korsa, hemm Seawolf of Southampton ta’ David Latham (GBR), il-jott ta’ 11.55m (38 pied) Pronavia 38. “Dan se jkun it-tnax-il Rolex Middle Sea Race,” stqarr Latham. L-ekwipaġġ tiegħu jirrifletti n-natura internazzjonali tal-flotta, b’ekwipaġġ magħmul minn baħħara mir-Renju Unit, Spanja, il-Ġermanja, il-Mauritius,  l-Irlanda u l-Olanda. Matul il-11-il tellieqa, Seawolf kiseb riżultati tajbin, f’postijiet varji fuq il-podju fil-klassi IRC u ORC. Is-seba post fl-2009 huwa fattur pożittiv, filwaqt li l-irtirar fl-2017 (flimkien mal-maġġoranza tal-flotta) kienet fattur diżappuntanti. Latham jsemmi numru ta’ raġunijiet li jġagħluħ jirritorna regolarment: “Il-ħbiberija tal-poplu Malti u ir-Royal Malta Yacht Club b’mod partikolari. Imbagħad hemm id-diversità tal-korsa.  Dejjem ikun hemm ċans li tirkupra jekk tagħmel żball tattiku”. F’termini ta’ mumenti favoriti, Latham jispejga li l-bidu spettakolari fil-Grand Harbour ma tantx jista jiġi mgħelub bħala mument favorit,  għalkemm l-isfidi tall-Istrett ta ’Messina u l-maestà ta’ Stromboli jersqu qrib ħafna.

B’esperjenza kemmxejn inqas minn Seawolf, fir-Rolex Middle Sea Race, il-jott Awstraljan Tilting at Windmills se tkun qed jipparteċipa għat-tieni darba, taħt it-tmexxija tal-kaptan John Alexander. Alexander jgħid li l-ekwipaġġ magħmul minn baħħara Awstraljani, Olandiżi, Ingliżi u Amerikani, huwa estremament kapaċi. Huma għandhom intenzjoni ċara li jtejbu fuq il-prestazzjoni tad-debutt tagħhom tal-2018: “L-ekwipaġġ tellaq flimkien fuq numru ta’ deċennji”. It-tieni post fir-Rolex Sydney Hobart Race fl-2003 kien wieħed mill-aktar memorabbli għal dan l-ekwipaġġ, iżda anke il-parteċipazzjoni fir-Rolex Fastnet Race tal-2007 u l-Gotland Runt ta’l-2008. Dak li jġibna lura huwa determinazzjoni li nagħmlu aħjar u ngawdi dak li hu wieħed mill-aktar tlielaq drammatiċi offshore li hemm.” Tilting at Windmills hija proprjetà ta ’Sarah Gunnerson-Dempsey. Il-yacht tal-injam, iddisinjat mill-Professur Peter Joubert, inbena fl-1994 minn Norman Wright and Sons għal missier Gunnersen-Dempsey, Thorold (Thorry) Gunnersen, li kien rinomat fix-xena tal-ibburdjar Awstraljan.

Il-pajjiżi rrappreżentati fir-Rolex Middle Sea Race tal-2019 s’issa jinkludu: l-Awstralja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

 

 





Leave a comment