100 jott meta fadal 50 jum għar-Rolex Middle Sea Race

Thursday, September 5, 2019, 9:36

Hekk kif il-flotta ta’ din is-sena  qiegħda tlaħħaq numru bi tliet figuri għal darb’oħra, Malta hija aktar minn ippreparata għall-invażjoni annwali li takkumpanja r-Rolex Sea Sea Race. L-2019 tfakkar l-40 edizzjoni ta’ din it-tellieqa klassika, fil-Mediterran u l-organizzatur, ir-Royal Malta Yacht Club, jinsab entużjast bil-kwalità tal-102 jott li rreġistraw s’issa. Huwa tipiku għat-tellieqa offshore ta’ 606nm li numru kbir ta’ reġistrazzjonijiet jaslu fl-aħħar ġimgħat qabel ma jagħlqu r-reġistrazzjonijiet. Din is-sena din tkun fis-27 ta’ Settembru u t-tamiet huma għoljin għal dħul rekord ieħor. U għal bidu tat-tellieqa li ser issir nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru, fadal 50 ġurnata sabiex l-ekwipaġġi jkunu lesti għal kollox.

Meta wieħed iħares lejn il-lista attwali, wieħed jara xi 24 pajjiz li ser jkunu rrappreżentati fid-19 ta’ Ottubru.  Hemm il-prospett li dan in-numru ser jikber hekk kif  jasal Ottubru. Fl-2018, kien hemm 29 pajjiż preżenti fost il-flotta rekord ta’ 130 jott. S’issa, il-jottijiet Brittaniċi qegħdin fuq quddiem, b’19-il jott, inklużi l-IRC52 Tala ta’ David Collins u l-Cookson 50, Riff Raff ta’ Sam Matson. Dawn it-tnejn jaqgħu fil-faxx tad-daqs favorit f’dawn l-aħħar 10 snin. Sussegwentement, it-Taljani u l-Franċiżi għandhom 15-il jott kull wieħed, inklużi xi ismijiet ta ispirazzjoni: Géry Trentesaux u l-ekwipaġġ tal-Courrier Recommandé (FRA) se jħarsu biex jirrepetu r-rebħa s-sena l-oħra; u Marco Paolucci, rebbieħ tal-passat tar-Rolex Giraglia, li ser jkun qed itellaq fuq Libertine (ITA). L-iskrizzjonijiet ewlenin tar-Rolex Middle Sea Race t-tnejn jirrappreżentaw lill-Istati Uniti: Il-jott Wizard, ta’ David u Peter Askew, friski mir-rebħa fir-Rolex Fastnet Race tal-2019, u l-jott ta’ 27 metru (88 pied) Rambler ta George David, favorit li jżid il-ħames line honours suċċessiva, titlu rekord għal dan il-jott.

Bi 11-il iskrizzjoni, ir-rappreżentanza Maltija tista ma tkunx l-ikbar fl-istorja tat-tellieqa, iżda definittivament hija iktar b’saħħitha meta mqabbla mal-aħħar snin. Din il-ġimgħa, Comanche Raider III, u l-ekwipaġġ imexxi minn Ramon Sant Hill,  sar l-100 dħul tal-avveniment. L-għajnejn kollha se jkunu fuq l-formidabbli Artie III ta’ Lee Satariano, il-jott HH42  Judel / Vrolijk mgħamul mill-karbonju li mistenni jagħti prestazzjoni brillanti fit-tellieqa. It-tim ta’ Artie rebaħ it-tellieqa darbtejn, fl-2011 u fl-2014, bil-leġġenda lokali, Christian Ripard bħala ko-skipper. L-ekwipaġġ ta’ Satariano mhux se jkun l-uniku dħul Malti li ser jkun qed iħares lejn l-ogħla unur. L-Elusive 2 tal-familja Podesta hija theddida perenni. Misjuqa minn tliet aħwa, Christoph, Aaron u Maya, l-aħjar riżultat miksub mit-tim kien it-tielet post, f’tellieqa li kienet immexxija mill-leġġenda Arthur Podesta. Podesta, qabel ma miet fl-2015,  kien ikkompeta f’xi 36 edizzjoni tat-tellieqa u għadda b’suċċess il-passjoni u l-element kompetittiv tiegħu lit-tfal tiegħu.

Timmy Camilleri huwa isem ieħor li wieħed għandu joqgħod attent għalih. Camilleri ser jkun qed jikkompeti fis-26 tellieqa tiegħu, din id-darba bħala ko-skipper ma’ Josef Schultheis fuq il-jott Xp-Act, li  l-aħjar riżultat tiegħu kien it-tieni post fl-2014. Camilleri għandu esperjenza ta’ rebħ tar-Rolex Middle Sea Race meta kien parti minn ekwipaġġ f’erba’ okkażjonijiet. Ton Ton Laferla Insurance, ta’ Jonathan Gambin, għalkemm mhux meqjus bħala wieħed mill-iktar favoriti, Gambin ha l-passi biex ikabbar il-possibiltajiet tiegħu.

Jottijiet oħra Maltin jinkludu, żewġ timijiet mill-Fondazzjoni Jarhead Young Sailors – JYS Jan u JYS Jarhead. Il-Fondazzjoni hija organizzazzjoni volontarja bl-iskop ewlieni li teduka tfal, żgħażagħ u adulti żgħażagħ fl-isport tal-ibburdjar. Uħud mill-baħħara tagħha kabbru l-esperjenza tagħhom meta ħadu sehem fir-Rolex Fastnet Race ta’ din is-sena. Din hija tellieqa oħra ta’ 605 mil nawtiku. Mal-flotta Maltija ser jingħadu Jamie Sammut li qed jieħu sehem bil-jott tiegħu Unica, flimkien mal-Maltese Falcon II ta’ Jonathan Camilleri Bowman, Xpresso ta’ Sean Borg u Vivace ta’ Andrew Agius Delicata.

Filwaqt li l-ekwipaġġi għaddejjin mill-preparamenti, hekk ukoll ir-Royal Malta Yacht Club. Minbarra li tħejji l-merħba għall-mistiedna internazzjonali tagħhom u tieħu ħsieb tal-piż amministrattiv ta’ flotta kbira, l-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech qed iżomm għajnejh fuq l-avvenimenti li qegħdin iseħħu fi Stromboli bħalissa. Stromboli hija punt emblematika tal-korsa, u hi waħda mill-aktar vulkani attivi fid-dinja, b’eruzzjoni kważi kontinwa għall-dawn l-aħħar 2000 sena.  Il-gżira Aoeliana żbruffat  darbtejn dan is-sajf u l-iktar reċentement il-ġimgħa li għaddiet. Stromboli hija magħrufa bħala l-fanal tal-Mediterran, u bir- raġun. Filwaqt li mhumiex mistennija problemi għat-tellieqa, ir-Royal Malta Yacht Club għandu kuntatt mill-qrib mal-awtoritajiet marittimi Taljani.

Il-pajjiżi rappreżentati fir-Rolex Sea Sea Middle Race tal-2019 jinkludu: l-Awstralja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja, is-Slovakkja, Spanja, L-Iżvezja, l-Iżvizzera, it-Turkija, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

Segwi l-aħħar aħbarijiet, aġġornamenti u stejjer fuq il-midja soċjali tar-Rolex Middle Sea Race -  Facebook, Instagram, Twitter u YouTube

Facebook.com/rolexmiddlesearace
Twitter.com/rolexmiddlesea
Instagram.com/rolexmiddlesearace
Youtube.com/royalmaltayachtclub

Il-hashtags tat-tellieqa uffiċjali huma #rolexmiddlesearace u # rmsr2019

Ir-Rolex Middle Sea Race tibda nhar is-Sibt, id-19 ta’ Ottubru 2019 u ċ-ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet se ssir nhar is-Sibt, 26 ta’ Ottubru 2019.

Ir-Reġistrazzjoni tagħlaq nhar il-Ġimgħa, is-27 ta’Settembru u l-ekwipaġġi huma mħeġġa jissottomettu l-formoli tad-dħul tagħhom mill-aktar fis. Għal aktar informazzjoni, inkluż in-Notice of Race, żuru is-sit elettroniku www.rolexmiddlesearace.com jew għamlu kuntatt mar-Royal Malta Yacht Club fuq info@rmyc.org.





Leave a comment