“Nisfida lil Steve Abela jiftaħli libell”

Friday, December 23, 2011, 10:00

minn Sandro Micallef

Nagħmel referenza għall-intervista ppublikata fil-paġni sportivi tal-ġurnal Orizzont tal-Ħamis 22 ta’ Diċembru 2011 (paġna 35)
u l-artiklu storja ppublikat (paġna 31) ta’ in-Nazzjon tal-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2011 fejn l-eks President ta’ Sliema Wds Steve Abela ġie rraportat u kkwotat wara stqarrija u kummenti li hu għadda wara l-programm Kontrattakk fuq TVM tal-Ħadd li għadda.

Nixtieq permezz ta’ din id-dikjarazzjoni ntenni  u nikkonferma li dak li semmejt jien waqt il-programm Kontrrattakk fuq TVM dwar id-dejn li ħalla Steve Abela hu veritili u kkonfermat wara ġimgħat ta’ investigazzjoni li jien in vesti ta’ ġurnalist sportiv għamilt. Għaldaqstant dak li tennejt jiena huma fatti hu mhux allegazzjonijiet infondati u gideb kif

“Nisfida lil Steve Abela jiftaħli libell” – Sandro Micallef

qed jipprova jagħti l-impressjoni Abela.

Nisfida lil Steve Abela sabiex quddiem l-awtoratijiet kompetenti kemm tal-MFA u anke tal-UEFA jinfetħu l-accounts finanzjarji ta’ dawn l-aħħar tliet snin bi skrutinju ta’ awdituri indipendenti sabiex juri u jiġġustifika kif fil-passat il-Club ta’ Sliema laħaq mar-rikjesti finanzjarji tal-UEFA.

Nisfida wkoll lil Steve Abela billi nerġa’ ntenni li għal kuntrarju ta’dak li pprova jagħti l-impressjoni hu, il-players ta’ Sliema mhux vera li dejjem tħallsu, eżempju ċar kien dan l-istaġun meta il-players kien ilhom ma jitħallsu minn Mejju 2011  u tħallsu bl-arretrati mill-amministrazzjoni ħabrieka l-ġdida wara li rriżenja hu minn President.

Għaldaqstant qiegħed uffiċjalment nisfida lil Steve Abela li jekk m’għandux x’jaħbi  jiftaħli libell fil-Qrati tal-Maġistrati ta’ Malta fuq dak li tennejt u li għadni ntenni bil-provi li hu bħala President ħalla warajħ dejn kbir li jleħħaq l-€450,000. Hemmhekk fil-Qorti eventwalment tiġi kkonfermata l-verita’ dokumentata permezz ta’ diversi esponenti u xhieda varji.

Finalment nixtieq nagħmilha ċara mal-qarrejja dan dan is-sit u mal-partitarji ta’ Sliema li jien m’għandi l-ebda aġenda kontra Sliema Wds u dan u kkonfermat mill-ammont ta’ telefonati u emails ta’ inkoraġġament li rċevejt minn partitarji ta’ Sliema li tawni l-appoġġ kollu u li kkonfermaw miegħi li minn mindu telaq Steve Abela qed tirrenja atmosfera ta’ serenita’ u sodisfazzjon fost kull min hu midħla ta’ Sliema Wds.

Sandro Micallef

Preżentatur Kontrattakk TVM u Ġurnalist Sportiv





3 Comments

  1. albert zammit says:

    kollok sfidi , mela hsibtek ser tiggieled ma muhammed ali jew mike tyson. anki dwar norman darmanin demajo, qadt tiftahar li kellek il kuragg isaqsih xi mistoqsijiet antipatici. taf xi tfisser il kema kuragg? mela sejjer tiggieled l iraq jew l afganistan. kuragg siehbi juruh in nies li ikunu jiggieldu xi marda qerrieda. qabel tikteb fuq il kelma kuragg kun ghaf xi tfisser. il festi t tajba lil kulhadd

    [Reply]

  2. Saliba says:

    L-MFA jekk hi serja missha tiftah inkjesta u tara kif dan il-klabb inghata licenza tal-UEFA ghax hawn qed jinghadu allegazzjonijiet serji… Ghall-gustizzja ta’ dawk il-klabbs li ghal xi raguni jew ohra ma inghatawx din il-licenzja ghandha issir investigazzjoni biex tohrog il-verita’ ta’ kif Sliema inghatatilhom din il-licenzja…

    [Reply]

  3. Kanarien says:

    wow surprise.. Sandro “know-it-all” Micallef has written an article about himself.. thats new! no one really cares about you and your attention-seeking stunts robert.. 

    (most probably you wont publish my comment.. have a nice year)

    [Reply]

Leave a comment