“Dawn kollha nies imħallsin… imisshom jistħu” – Robert Farrugia

Friday, January 7, 2011, 15:55

minn Sandro Micallef.

“Jekk l-MFA tgħawweġ, jien ngħawweġ ukoll”, hekk fetaħ l-indirizz tiegħu l-President ta’ Msida St. Joseph Robert Farrugia hekk kif indirizza l-media lokali f’konferenza stampa sabiex jagħti l-verżjoni uffiċjali  tiegħu u tal-Club wara li l-Bord tal-Protesti tal-MFA ta t-tliet punti lil Balzan fuq protest li dawn għamlu wara l-logħba Msida kontra Balzan tat-18 ta’ Diċembru 2010. Hu kien qed jagħmel referenza għall-fatt li jekk l-MFA għawġet il-fatti hu kien lest li jgħawweġ ukoll l-etika tal-amministrazzjoni tal-football billi jippublika dokumenti ta’ korrispondenza interna li qedgħin ukoll aħna nippublikaw fuq dan is-sit hawn taħt.

Mix-xellug Claudio Martinelli MFA Council member, Robert Farrugia President, u Keith Abela Wedge Segretarju Msida SJ

Mix-xellug Claudio Martinelli MFA Council member, Robert Farrugia President, u Keith Abela Wedge Segretarju Msida SJ

Skond Farrugia, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Protesti li ttellef it-tliet punti lil Msida St.Joseph li kienu rebħu bl-iscore ta’ 3-0 kontra Balzan hi deċiżjoni inġusta kontra Msida SJ u agħar minn hekk weġġgħat ħafna nies Misidjani wara li nqatgħat is-sentenza li d-deċiżjoni mhiex appellabbli.

Il-każ jitratta r-reġistrazzjoni tal-player Portugiż Valdo Alhino li kien reġistrat fuq il-kotba ta’ Sliema Wanderers li iżda ġie rilaxxat u ffirma ma’ Msida sabiex jilgħab fl-ewwel Diviżjoni. Ġara li wara l-logħba Balzan kontra Msida, is-Segretarju ta’ Balzan Joe Agius kellu informazzjoni li r-reġistrazzjoni ta’ dan il-player ma’ Msida daħlet l-MFA l-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru filgħodu meta Sliema kien għadhom ma’ ħallsux il-flus dovuti lil Simon Agius u allura kellhom Prohibition. Ġara iżda li Sliema ħallsu l-flus dovuti u ffirmaw il-karti ta’ ħlas ma’ Agius u fl-istess waqt tneħħiet il-Prohibition mill-MFA permezz anke ta’ ittra iffirmata personalmet mill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo dakinhar stess wara nofsinhar.

Balzan ibbażaw il-protest tagħhom fuq il-fatt li Msida qatt ma setgħu jirreġistraw player ta’ Sliema għaliex dan il-Club ma kienx għadu ħallas biex ineħħi l-Prohibition allura Balzan Youth sostnew li l-player kien inelleġġibli għal-logħba tal-għada bejniethom.

Msida permezz tal-President Robert Farrugia illum taw dettalji tal-fatti fejn sostnew li l-kap tar-Registrations Department Ivan Calamatta li hu impjegat ġdid fi ħdan l-amministrazzjoni l-ġdida tal-MFA kien avżahom li ma kienx hemm għalfejn jerġgġu jdaħħlu registration oħra għaliex dik li daħħlu filgħodu kienet valida. Ġara iżda li fix-xiehda tiegħu Calamatta  quddiem il-Bord tal-Protesti ma tantx ingħata widen għaliex l-istess Bord ħareġ deċiżjoni (li qegħdin anke nippublikaw f’dan il-bulletin) li Msida jitilfu l-punti għaliex il-player lagħab non in bona fede.

Robert Farrugia jikkonsulta mas-Segretarju tal-Club Keith Abela Wedge

Robert Farrugia jikkonsulta mas-Segretarju tal-Club Keith Abela Wedge

“Imisshom jistħu”, sostna Robert Farrugia fil-konfront tal-membri tal-Bord…..Hu żied jgħid ukoll… “Dawn l-affarijiet l-anqas il-Bangladesh ma jsiru aħseb u ara f’pajjiżna” b’referenza għall-fatt li d-deċiżjoni ma tistax tkun appellabbli.

Farrugia qal ukoll “Dan il-Bord ħammeġ lil MFA u aħna bħala Msida ġejna misruqa l-punti b’mod mill-iktar vili”

Ta’ min isemmi li dan il-Bord hu kompost minn Bertie Muscat bħala Chairman, Louis Borg, Remy D’Amato, Saviour Attard u s-Segretarju Mario Gauci.

Farrugia f’din il-laqgħa li żvolġiet f’waħda wkoll emozzjonali f’partijiet minnha qal “L-MFA ġiet skreditata minn dan il-Bord b’dan il-każ u allura jien se nitlob is-sospensjoni tas-Segretarju ta’ Balzan talli dan ammetta li kellu aċċess għal dokumenti li mhux suppost ra”.

Finalment il-President ta’ Msida tenna li d-deċiżjoni ta’ dan il-Bord inqatgħet a bażi tal-kronoloġija tal-ħinijiet dwar jekk ir-reġistrazzjoni hix valida jew le allura Msida jibqgħu jtennu li dawn il-punti ġew letteralment misruqa lill-Club.

Is-Sentenza u deċizjoni finali tal-Bord tal-Protesti tal-MFA
L-ittra ta’ protest li bagħat is-Segretarju ta’ Balzan Youths
L-ittra ta’ Joe Gauci lil Sliema Wds
L-ittra ta’ Norman Darmanin Demajo li biha neħħa l-Prohibition




10 Comments

  1. CLINTON says:

    ghalura najd jien il club ta msida ma jistax iresaq il dan il bniendem il qorti? ta danni li sofrew u forsi xi darba taghmel wahda tajba l mfa

    [Reply]

  2. STEVE FARRUGIA says:

    aw xi hadd jista jajdilna x ha jigri issa wara balbuljata bhal din……..l klabb ta msida fl ebda hin ma ghamel zbalji u kien l uniku team li mar min taht ax tnehewlom 3 punti….ara vera pajjiz tal mickey mouse

    [Reply]

  3. malti says:

    hmar taqtalu dembu hmar jibqa, serqulom il punti!!! u il pres ta mfa ma jitkelimx naqa,ha naraw kollox!!!!
    jew em xjahbi ghax kontra joe mifsud tkelem kem felah!!!

    [Reply]

  4. Karkariz says:

    fabian, lebda wihed hi. il board ta protest hawwad id-dinja
    u l-msida nsterqulom il punti!!! mux sew! Mux gustizja
    din!

    [Reply]

  5. fabian says:

    Jekk Joghgobkhom , ghax jew jien iblah , jew ma fhimtx…tistghu tajduli liema regola kissru L- Imsida ?

    [Reply]

  6. Demm Ahdar says:

    l istess storja bhal tas sena l ohra … floriana konra qormi. Qormi kellom eccess al dokumenti li mux suppost raw imma l mfa hawdet il fatti kif ridet

    [Reply]

  7. Supporter Belti says:

    Din hi l-amministrazzjoni tal-MFA b’wicc gdid? U halluna! Sewwa qal il-President ta’ Msida SERQUHOM! Tal-misthija!

    [Reply]

  8. Supporter Belti says:

    Din hi l-amministrazzjoni tal-MFA b’wicc gdid? U halluna! Sewwa qal il-President ta’ Msida SERQUHOM! Tal-misthija!

    [Reply]

  9. Tal-Pagun says:

    tad dahq din! Mela sewwa ufficjal tal-mfa qallom li kollox sew… u belawh uma? kif jista jkun? ekk sew? u leee tan nejk!!!!

    [Reply]

  10. Manuel says:

    Remy D’Amato mill-ewwel beda bil kbir !!! Mill-waterpolo ghall-football … l-istess kantaliena

    …dal pajjiz qatt ma nitghallmu.

    [Reply]

Leave a comment