​​Badminton​ Europe tagħzel Matthew Abela għal taħriġ fid-Danimarka

Saturday, August 19, 2017, 10:00

Fi żmien qasir, il-ħajja taċ-Champion attwali tal-Badminton f’Malta, Matthew Abela, ser tinbidel hekk kif huwa se jkun qed jibda jgħix ġewwa id-Danimarka biex ikun parti miċ-Ċentru ta’ Eċċellenza ta’ Badminton Europe.

Ftit xhur ilu Badminton Europe, li hija il-federazzjoni tal-Badminton fl-Ewropa, nediet inizzjattiva bl-isem ta’ “Badminton Europe Centre of Excellence” li se jkun sforz biex jinġabru il-plejers Ewropej li għandom potenzjal f’dan l-isport u jinghataw taħriġ u tmexxija professjonali. Biex jiġu deċizi il-plejers li ser jintgħażlu, Badminton Europe organizzat żewġ Selection Camps fej il-coaches setgħu jevalwaw il-potenzjal u l-abbilta’ tal-plejers li applikaw.  Abela kien wieħed mill-20 plejer li ġew magħżula biex ikun parti minn dan il-proġett. Dan huwa pass kbir għal Abela hekk kif ser jibda’ jieħu taħriġ f’ċentru li jorffri taħriġ ta’ livell għoli ħafna. Dan it-taħriġ se jkun qed isir minn coaches ta’ esperjenza, flimkien ma’ plejers oħrajn ta’ livell għoli, darbtejn kuljum.

Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza ser jiġi mwaqqaf f’Holbaek, id-Danimarka,, fej Abela ser jibda jgħix mill-bidu ta’ Settembru li ġej. Jeroen van Dijk se jkun il-Head Coach ta’ dan iċ-ċentru mgħejun minn assistenti coaches li se joffru l-esperjenza tagħhpm fil-logħba biex jgħinu lil dawn il-plejers. L-għan aħħari ta’ dan iċ-ċentru huwa dak li jassistu plejers b’potenzjal li ġejjin minn Assoċċjazzjonijiet Ewropej biex tingħatalhom l-opportunita biex ikunu jistghu itejbu il-livell ta’ logħba tagħhom permezz ta’ training sostenibbli ta’ kwalita għolja biex ikomplu jtejbu l-livell taghhom.Bis-sahha ta da nil-progett, l-Ewropa tista tibqa toffri kompetizzjoni qawwijja u zzomm postha fiz-zona tal-midalji.

Il-hajja ta’ Matthew hija imdawra bil-badminton, u ferah hafna meta sar jaf li ntghazel biex ikun parti min dan ic-centru.  Huwa herqan hafna biex jibda din il-hajja gdida gewwa d-Danimarka.  Hu qal: “Huwa unur kbir ghalija li ntghazilt biex inkun parti min dan ic-centru, fejn ha nkun qed nistharreg ma fost l-aqwa atleti fl-Ewropa, flimkien ma coaches professjonali go ambjent professjonali.  Ghalhekk din ghalija hi holma li saret realta’”.

Dan huwa pass enormi ghal Matthew. L-ghanijiet tieghu ha jiehdu xghira ohra u b’hekk ikun jista jimmira biex jiehu sehem f-kompetizzjonijiet ta livell ghola u ghaliex le, jzomm f’mohhu wkoll partecipazzjoni f’xi edizzjoni tal-Olimpjadi u Kampjonati tad-dinja.

B’dawn l-ghanijiet f’mohh Matthew, hu mhu ser jinsa qatt min fejn gie, u se jaghmel mil-ahjar, biex ukoll players tal-badminton izghar jistghu jharsu lejh u jkun ta ispirazzjoni ghailhom.  Fl-ahhar hu qalilna li: “Hu certissimu li din l-esperjenza ser tkabbarni hafna bhala persuna imma l-izjed bhala atleta u b’hekk inkun ta mudell ghal players shabi li se nhalli warajja”.





Leave a comment